Tuesday, December 24, 2024

Organizzat l-ewwel round tal-Kampjonat Hillclimb organizzat mill-Island Car Club

Aqra wkoll

Nhar il-Ħamis, 31 ta’ Marzu, Island Car Club organizza l-ewwel round ta’, The Point – MeDirect – England Insurance – Transport Malta National Hillclimb Championship fil-Mellieħa.

Mark Micallef fuq in-Norma tiegħu spiċċa l-ewwel overall u għalhekk rebaħ dan l-ewwel rawnd tal-kampjonat. Terence Vella segwa lil Micallef fuq Radical, u Darren Camilleri fuq Tatuus Honda segwa lil Vella.

Didier Bugeja u Edward Calleja rebħu l-front-wheel drive u rear-wheel drive, rispettivament, filwaqt li Stefanie Calleja kienet l-aktar sewwieq femminili veloċi. Steve Baldacchino kien l-aktar veloċi f’karozza 4WD, Nicky Gauci kien l-iktar żagħżugħ veloċi taħt il-25 sena, u Konrad Abela bil-Lotus tiegħu kien l-għażla ta’ Marshalls.

Josef Abela kkontrolla t-tellieqa bħala Clerk tal-Kors, Jeremy Cassar bħala l-Organizzatur u Deputat Clerk tal-Kors, Susanne Fenech bħala Sgretarja tal-avveniment, Joe Formosa bħala Timekeeper, William England bħala r-rappreżentant tal-Awtorità Nazzjonali tal-Isport, George Muscat bħala Steward, Gilbert Abela Scrutineer, u Beppe Aquilina bħala Kap tal Marshalls. Barra minn hekk, l-uffiċjali kellhom l-appoġġ ta’ diversi Marshalls, u professjonisti mir-Red Cross, u Protezzjoni Ċivili.

Ekonomija

Sport