Is-Sibt 15 ta’ April, il-Malta Drifting Association organizzat l-ewwel round tal-Kane Motorsport Malta National Championship f’Ħal Far Raceway, bil-kortesija tal-Malta Drag Racing Association.
Fil-Klassi tad-Dilettanti, Alfred Camilleri, Lee Pisani, Max Fenech, James Vella, u Alan Felice ikkwalifikaw għall-kwarti tal-finali. Melo Zammit, Curtis Bonnett, Dorian Galea, George Muscat, Brian Mifsud u Luca Bartolo ikkwalifikaw għall-kwarti tal-finali fil-Klassi Pro.
Melo Zammit u Curtis Bonnet ikkwalifikaw awtomatikament għas-semifinali wara l-kwalifiki. George Muscat rebaħ kontra Brian Mifsud fil-kwarti tal-finali, u Luca Bartolo rebaħ kontra Dorian Galea. Melo Zammit tilef kontra George Muscat fis-semifinali wara ħsara mekkanika, u Curtis Bonnet rebaħ kontra Luca Bartolo. Fl-aħħar dwell bejn Curtis Bonnet u George Muscat, Curtis Bonnet rebaħ it-tellieqa.
Għalhekk, ir-riżultati finali huma Klassi Dilettanti, l-ewwel post Max Fenech, it-tieni post Alfred Camilleri u t-tielet post James Vella.
Fil-klassi Pro, l-ewwel post Curtis Bonnett, it-tieni post George Muscat u t-tielet post Luca Bartolo.
It-tieni rawnd tal-Kane Motorsport Malta National Drifting Championship huwa skedat għall-10 u l-11 ta’ Ġunju.