Friday, December 27, 2024

Organizzata b’suċċess l-ewwel edizzjoni ta’ Step Up For Parkinson’s Squash Open

Aqra wkoll

L-ewwel edizzjoni ta’ Step Up For Parkinson’s Squash Open ġabret is-somma ġeneruża ta’ €485 b’risq il-Komunità tal-Parkinson biex tkun tista’ tiftaħ Day Care Centre li joffri servizzi speċjalizzati li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-persuni li jgħixu bil-Parkinson’s u dawk li jieħdu ħsiebhom.

Paul Borg rebaħ il-Finali tas-Seniors meta għeleb lil Robert Stivala bl-iskor ta’ 3-0 (11-7, 11-0, 11-8), filwaqt li Nick Abela ta’ 13-il sena għeleb lil Mattea Saliba ta’ 12-il sena fil-Finali tal-Juniors bl-iskor ta’ 3-1 (11-4, 0-11, 11-9, 11-6). Mattea Saliba kien fil-fatt l-iżgħar parteċipant filwaqt li Gerard Jujin ta’ 60 sena mill-Olanda kien l-ikbar fl-etá minn 30 kompetitur.

Fi tmiem it-tournament, il-Project Manager ta’ Step Up For Parkinson Adrian Casha ippreżenta tifkiriet lill-finalisti u rringrazzja lill-Coach Nazzjonali tal-Isquash Niall Engerer u lill-Player tal-Isquash Jonathan Calleja għall-organizzazzjoni b’suċċess tal-avveniment f’isem Malta Squash Association u Racket Up Squash Academy b’kollaborazzjoni mal-Marsa Sports Club.

Ekonomija

Sport