Tuesday, November 26, 2024

Organizzaturi ta’ maratona jingħataw ċans sa nhar il-Ġimgħa biex ineħħu marki bi spray minn żoni ambjentali protetti

Aqra wkoll

Organizzaturi Franċiżi ta’ maratona ngħataw żmien sa nhar il-Ġimgħa li ġej biex ineħħu marki bi spray aħmar li għamlu f’żoni ambjentali protetti fit-Tramuntana ta’ Malta u Għawdex.

Is-sinjali – vleġeġ li kellhom jindikaw it-triq lill-parteċipanti – matul dawn l-aħħar jiem kienu rapportati minn bosta persuni fl-inħawi ta’ Kemmuna, Fomm ir-Riħ, Ras il-Qammieħ, l-inħawi tat-Torri l-Aħmar, Għar Lapsi, u l-Park Naturali tal-Majjistral fost oħrajn.

Intant fi stqarrija l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) qalet li l-organizzaturi tal-maratona, organizzazzjoni Franċiża, ingħatat ċans sal-Ġimgħa filgħaxija biex tneħħi l-marki, bl-organizzazzjoni tikkopera mat-talbiet li sarulha.

L-ERA żiedet tgħid li l-Pulizija filmkien ma’ uffiċjali ambjentali tal-Park tal-Majjistral se jkunu qed jassiguraw li l-marki jkunu tneħħew.

Fl-istess waqt l-ERA qalet li se jkunu kkunsidrati aktar azzjonijiet fil-konfront tal-oganizzaturi jekk is-sinjali ma jitneħħewx saż-żmien stipulat.

Sport