Saturday, November 2, 2024

Organizzazzjonijiet mediċi jitolbu li jiddaħħlu fis-seħħ aktar miżuri restrittivi

Aqra wkoll

Tlettax-il assoċjazzjoni professjonali ngħaqdu flimkien biex jipproponu li jerġgħu jiddaħħlu fis-seħħ aktar miżuri restrittivi kontra l-Covid-19.

Fi stqarrija l-assoċjazzjonijiet qal li s-servizzi tas-saħħa qed jiffaċċjaw kriżi li se tkompli tmur għall-agħar jekk ma jiżdidudx ir-restrizzjonijiet u jiġu infouzati b’mod aktar effettiv.

L-appell tagħhom wasal wara li lbieraħ il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li mhux se jkun qed jidħol fis-seħħ lockdown totali wara li diversi messaġġi u xnigħat fuq il-midja soċjali kienu jgħidu li l-awtoritajiet kienu se jkunu qed iżidu r-restrizzjonijiet.

L-organizzazzjonijiet qalu li biż-żieda fl-imxija tal-virus, minkejja l-miżuri li diġà ddaħħlu fis-seħħ, mistennijin li jkomplu jiżdiedu n-numru ta’ pazjenti li jiddaħħlu l-isptar, bir-rata tal-imwiet ukoll mistennija li tkompli tiżdied.

Tennew li xeni bħal dawk ta’ Bergamo fix-xhur ta’ Marzu u April aktar kmieni din is-sena għandhom jiġu evitati akkost ta’ kollox.

L-istqarrija kienet iffirmata mill-Malta Association of Public Health Medicine, l-Association of Anaesthetists of Malta, il-Malta College of Pathologists, l-Association of Surgeons Malta, l-Association of Physicians of Malta, l-Association of Emergency Physicians, the Malta College of Obstetricians and Gynaecologists, il-Malta Paediatric Association, il-Malta Association of Psychiatry, il-Malta Association of Dermatology and Venereology, il-Malta Association of Radiologists and Nuclear Medicine Physicians, il-Geriatric Medicine Society of Malta, u l-Malta Association of Ophthalmologists.

Sport