Wednesday, October 9, 2024

Orkun Kokcu joħloq polemika fl-Olanda … jirrifjuta li jilbes il-faxxa ta’ captain kulur il-qawsalla

Aqra wkoll

Fl-Olanda, il-plejer ta’ nofs il-grawnd Tork ta’ Feyenoord Orkun Kokcu ħoloq polemika kbira hekk kif qabel il-logħba li kellhom fil-kampjonat kontra AZ Alkmaar li tal-ewwel rebħu 3-1, hu irrifjuta li jilbes il-faxxa ta’ captain magħmula mill-kuluri tal-qawsalla u li għandhom sinjifikat ta’ appoġġ lejn il-komunita’ LGBTIQ.

B’hekk Kokcu ma riedx ikun il-captain tal-logħba u wara li spiċċat il-partita hu spjega li jifhem id-drittijiet li għandhom dawn in-nies iżda reliġjosament hu ma jaqbilx magħhom.

Kokcu ilu ma’ Feyenoord sa minn meta kien żagħżugħ u mat-tim tal-kbar lagħab 98 partita u skorja 19-il gowl.

Sport