Friday, December 13, 2024

Ostakli u perikli serji fit-toroq u l-bankini għal dawk neqsin mid-dawl

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bankina li għadha kif saret ġdida. L-ewwel impressjoni li tieħu li din tkun tajba u sigura biex tintuża. Forsi ftit jgħaddilna li minn rasna li dan mhux il-każ. Dan għax minkejja li f’pajjiżna isiru bankini ġodda, qed jirriżulta b’mod ċar li f’dawn il-bankini, anki li jsiru ġodda qed ikun hemm sitwazzjonijiet li jwasslu għal ostakli serji u perikli għal min ikun qed jużahom b’mod partikolari dawk neqsin mid-dawl. Rajna bankini ġodda, imma mbagħad fuq l-istess bankini jitpoġġa skart, li joħloq problemi serji u anke periklu għal persuni neqsin mid-dawl.  Ma’ dan ikun hemm tabelli li jkun hemm fl-istess bankini, li min  jagħmilhom żgur ma jkunx ta każ il-bżonnijiet ta’ dawk neqsin mid-dawl. Dan biex ma nsemmux ingombri oħra li jitħallew minn kuntratturi fuq bankini jew qribhom, flimkien ma tkissir ta’ bankini f’żoni fejn ikun qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni u li spiss jiġri li jitkissru l-bankini u dawn idumu f’dak l-istat b’perikllu għal dawk li jużawhom fosthom persuni neqsin mid-dawl.

Quddiem dan, Talk.mt hi infurmata li għadha kif inkitbet ittra lil Servizzi Ewropej Malta, fejn talbet li jkun hemm kampanja ta’ għarfien.

L-ittra tgħid li “l-Visual Non Visual Network Organisation, tixtieq tressaq b’urġenza għall-attenzjoni tal-SEM it-talba tagħha biex torganizza malajr kemm jista’ jkun kampanja ta’ għarfien li l-għan tagħha ikun biex tilħaq kemm lill-amministrazzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kif ukoll  it-Taqsimiet tal-Infurzar tal-Liġi f’Malta.”

L-ittra tgħid li “din il-kampanja ta’ għarfien għandha l-għan li tgħin u tappoġġja lill-komunità ta’ persuni neqsin mid-dawl,  tegħleb esperjenzi ta’ tbatija u perikli bla bżonn li dawn qed jiffaċċjaw  ta’ kuljum prinċipalment ikkawżati mill-insensittività tan-nies u n-nuqqas ta’ prattiki ta’ infurzar. “

L-ittra tgħid li temmen li hu importanti li l-pajjiż jappoġġja l-approċċ sħiħ  għall-eċċellenza fl-Inklużjoni Soċjali u nibdew il-kampanja ta’ għarfien tagħna malajr kemm jista’ jkun. Jingħad li din il-kampanja ta’ għarfien għandha twassal biex tibbilanċja l-impatt preżenti, tibbenefika minnha it-taqsima tal-infurzar u tiżgura d-drittijiet ta’ persuni neqsin mid-dawl bla dewmien.

Min hu nieqes mid-dawl  hu ċittadin ta’ din l-art daqs ħaddieħor iżda r-realiajiet ta’ kuljum joffrulu sfidi kbar li jistgħu jitħaffew bi ftit ħsieb. Dawn il-proposti huma l-ewwel ftit li nistennew li r-rappreżentanti tal-poplu jimbuttaw ‘l quddiem sabiex persuni nieqsa mid-dawl ikollom ħajja aħjar u aktar indipendenti. 

Bankini maħsubin għal persuni nieqsa mid-dawl billi jinqata’ kanal sabiex persuna nieqsa mid-dawl tkun tista’ ddaħħal il-bastun fih u timxi tul il-bankina. Dan il-kanal għandu jinqata’ lejn in-naħa ta’ barra tal-bankina sabiex in-nies ikunu jistgħu, wara kampanja edukattiva, jagħmlu l-boroż tal-iskart fuq in-naħa ta’ ġewwa.

Jissemmew is-siġar fuq bankini wiesgħa li jsebbħu ħafna, iżda meta dawn jitilgħu immejlin (speċjalment meta jikbru mmejlin ‘il ġewwa) dawn isiru ta’ periklu kbir għal kulħadd, l-aktar  għal xi ħadd nieqes mid-dawl. Dawn għandhom jinqalgħu u jimnbidlu ma’ oħrajn. Ħaddiema apposta għandhom jaraw dan u jieħdu ħsieb li siġar ġodda jitilgħu dritti billi jitwaħħal support adekwat.

Sabiex ‘scaffolding’ ikun sigur, il-kanen tal-parti t’isfel għandhom ikunu miksija b’xi foam. Dan jgħodd ukoll għall-arbli u crash barriers. Jisħqu li sa fejn ikun possibbli l-arbli għandhom jeħlu taħt il-bankina.

Ekonomija

Sport