Saturday, December 21, 2024

Ottimiżmu bejn Malta u l-Libja fejn jidħol il-qasam tas-saħħa

Aqra wkoll

Bħala parti miż-żjara uffiċjali tal-Gvern għall-Għaqda Nazzjonali tal-Libja f’pajjiżna, dalgħodu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne flimkien mal-Ministru għas-Saħħa tal-Għaqda Nazzjonali tal-Libja żaru diversi entitajiet tas-saħħa.

Iż-żewġ ministri għas-saħħa żaru s-Sir Anthony Mamo Oncology Center, l-Isptar Mater Dei, is-sit fejn qed jinbena l-Vincent Moran Regional Hub ġewwa Raħal Ġdid, kif ukoll il-klinika fil-komunità tal-Fgura. Dan bil-għan li jkun spjegat kif taħdem is-sistema tas-saħħa Maltija f’kull livell ta’ kura.

Iż-żewġ ministri saħqu li jinsabu ottimisti għall-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjizi fil-qasam tas-saħħa.

Ekonomija

Sport