Tuesday, November 26, 2024

Ottovolante jirbaħ il-61 edizzjoni tal-Yachting Malta – Syracuse Race (Klassi IRC

Aqra wkoll

Ir-Royal Malta Yacht Club u l-Lega Navale Italiana ospitaw il-wieħed u sittin edizzjoni tal-Malta – Syracuse Race matul tmiem il-ġimgħa.

Il-briefing tas-soltu tat-tellieqa sar filgħaxija qabel il-bidu u kien segwit minn riċeviment, ospitat minn Yachting Malta fil-Lega Navale għall-uffiċjali tat-tellieqa u l-parteċipanti.

Kull sena il-bidu tat-tellieqa talterna bejn Malta u Sirakuza, b’hekk din is-sena, il-flotta ta’ sittax il-jott telqu minn Sirakuża fuq korsa ta’110 mili nawtiċi lejn Malta. Din is-sena l-korsa ġiet immodifikata fejn żiedet id-distanza u l-limitu tal-ħin. Din il-bidla tippermettilha tkun inkluża għall-punti ta’klassifikazzjoni fil-Lega Navale Italiana FIV Offshore Trophy (Trofeo d’Altura).

Il-bidu tat-tellieqa, barra Porto Piccolo ta’Sirakusa, kien mimli azzjoni. Bil-flotta tistenna bidu iktar kwiet, sabu riħ ta’ madwar 30 mil-nawtiku li kkawża mewġa ta’attività.

Mid-dgħajjes Maltin, Comanche Raider III ta’Ramon Sant Hill kellu bidu tajjeb ħafna u eventwalment ħa l-vantaġġ b’distakk żgħir fuq Engi ta’ Salvatore Maggiulli. Hekk kif il-flotta laħqet Capo Murro di Porco, Engi kiseb vantaġġ wara li kien eqreb lejn l-art. Minn dak il-ħin il-pożizzjonijiet bdew jinbidlu. Comanche Raider III għal darb’oħra kiseb vantaġġ sostanzjali fuq iż-żewġ dgħajjes Taljani. Dan il-vantaġġ inqata  ħesrem meta l-maltemp kawża ħsara tal-maltemp fil-pruwa, li kkawżat lill-Farr 45 Malti jirtira.

Il-favoriti tat-tellieqa Artie (Lee Satariano) u Ton Ton Laferla Insurance (Jonathan Gambin) kellhom bidu relattivament mhux impressjonanti iżda malajr kisbu posthom fuq quddiem tal-flotta, billi għaddew lil Engi, Zenhea Takesha u Ottovolante hekk kif laħqu Capo Passero.

Mal wasla fil-ponta tat-tramuntana ta’Għawdex, Artie żamm vantaġġ komdu fuq Ton Ton li wkoll irnexxielu joħloq distakk bejn Ottovolante, Corona (Sara Baldwin / Luis Azzopardi) u Zenhea Takesha (Aldo Quadrella/Natale Lia). Waqfa kemm xejn twila lejn in-Nofsinhar ta’ Għawdex, Artie rat il-vantaġġ sostanzjali tagħha tittiekel mill-flotta. L-istess xorti messet lil Ton Ton li spiċċa nqabeż fin-nofsinhar ta’Għawdex wara li kellu pożizzjoni dominanti għal ħafna mit-tellieqa. Bir-riħ jonqos fil-fliegu ta’Kemmuna, id-distakk bejn Artie u l-flotta beda jonqos u kkawża li l-progress tal-flotta jieqaf sostanzjalment.

Is-superjorità ta’Artie madankollu kompliet, u din ppermettietlu jistabbilixxi rekord ġdid tal-korsa meta spiċċaw it-tellieqa fil-11: 45: 11 ta’ filgħodu.

Madwar l-istess ħin  Ottovolante, Corona u Ton Ton kienu daru mat-tramuntana ta’ Malta. Sakemm it-tlielta laħqu Baħar iċ-Ċagħaq, Corona waqgħet lura u ħalliet lil Ton Ton u Ottovolante biex ikomplu l-battalja tagħhom. Waqt li laħqet il-Baga tal-Fairway, Zenhea Takesha ngħaqdet mal-ġlieda, b’Engi fil-viċin.

L-ewwel żewġ jottijiet ħadu żmien konsiderevoli biex daru mal-marka qabel ma marru lejn Marsamxett għall-linja finali, b’Ton Ton u Ottovolante għonq sa għonq sa l-aħħar. Fl-aħħar mill-aħħar kien Ottovolante li rebaħ, u temm it-tellieqa b’distakk ta’ wieħed u ħamsin sekonda fuq Ton Ton.

Bil-klassifikazzjonijiet tal-IRC jidħlu fis-seħħ, kienu Ottovolante, Ton Ton Laferla Insurance u Maltese Falcon II ta’Jonathan Camilleri Bowman li ħadu l-aqwa tliet premjijiet fl-IRC tat-tellieqa.

Fil-klassi ORC, kategorija ikkontestata ħafna, Malafemmena (Corrado Rizza) wriet għal darb’oħra li hija d-dgħajsa perfetta għall-kundizzjonijiet ħfief. Hi eventwalment ħadet il-podju ġenerali tal-ORC segwit minn dgħajjes sħabu Taljani Ottovolante u Engi. Ton Ton kiseb ir-raba’post u kienet l-ewwel jott Malti fil-klassifika ORC.

Bħala riżultat tal-kundizzjonijiet tat-temp diffiċli, seba ‘dgħajjes irtiraw.

Il-Yachting Malta – Syracuse Race waslet fi tmiemha filgħaxija meta l-isponsors ewlenin Yachting Malta organizzaw serata ta’ għoti ta’ premijiet fir-Royal Malta Yacht Club.

“Ir-Royal Malta Yacht Club huwa kuntent ħafna bir-riżultat tal-wieħed u sittin edizzjoni ta’ din it-tellieqa. Minkejja l-isfidi kollha ffaċċjati minn Covid-19, il-Club u l-ko-ospitanti tagħna l-Lega Navale Italiana f’Siracusa, irnexxilhom jospitaw tellieqa tajba li ma kinitx nieqsa minn azzjoni kompetittiva, u ta’ ħbiberija. spjega David Cremona, Commodore, Royal Malta Yacht Club.

Preżenti għall-Għoti tal-Premijiet kien hemm Marco Ianno, President tal-Lega Navale Italiana (Sezione di Siracusa) u John Huber, Chairman ta ’Yachting Malta.

“Yachting Malta hija ħerqana ħafna li tappoġġa avvenimenti bħal dawn, partikolarment fid-dawl tan-natura storika tagħhom kif ukoll il-korsa, li tieħu l-ekwipaġġi f’xi wħud mill-aqwa żoni tat-tbaħħir madwar Sqallija u Malta. Nisperaw li l-pandemija tagħtina ftit serħan sabiex inkunu nistgħu nħarsu ‘l quddiem biex naraw it-tellieqa terġa’ tikber fis-snin li ġejjin.qal John Huber, Chairman, Yachting Malta waqt li ppreżenta trofej lir-rebbieħa.

Il-Klabb esprima l-gratitudni tiegħu lejn l-Uffiċjal tat-tellieqa Peter Dimech u l-voluntiera Edgar Warrington, Luca Lacitignola, Alfred Caruana tal-assistenza tagħhom u Maurilio Carpinteri mil-Lega Navale għall-assistenza tiegħu fil-proċess tar-riżultati.

Riżultati Yachting Malta – Syracuse

PostIRCORC
L-EwwelOttovolante (Fabio Santoro)Malafemmina (Corrado Rizza)
It-TieniTon Ton Laferla Insurance (Jonathan Gambin)Ottovolante (Fabio Santoro)
It-TieletMaltese Falcon II (Jonathan Camilleri Bowman)Engi (Salvator Maggiulli)

L-Ewwel Jott Malti – Artie III (Lee Satariano)

L-Ewwel Jott Taljan  – Ottovolante (Fabio Santoro)

Sport