Saturday, September 14, 2024

Ousmane Dembele iġedded il-kuntratt ma’ Barcelona sa Ġunju 2025

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Barcelona, Ousmane Dembele qabel dwar ftehim ġdid fil-Camp Nou sa Ġunju 2025.

Il-kuntratt eżistenti tal-player ta’ 24 sena mal-ġganti Katalani għandu jiskadi s-sena d-dieħla, u kien hemm għadd ta’ spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu fl-aħħar xhur.

Manchester United u Juventus it-tnejn ġew ikkreditati b’interess fl-internazzjonali ta’ Franza, li bħalissa qiegħed barra mill-azzjoni jirkupra minn operazzjoni tal-irkoppa.

Madankollu, Dembele qabel dwar ftehim ġdid mal-club immexxi minn Ronald Koeman sal-2025.

Dembele skorja 30 goal u rreġistra 21 assist f’118-il dehra għall-Katalani sa minn meta ngħaqad magħhom mingħand Borussia Dortmund f’Awwissu 2017.

Ekonomija

Sport