Il-winger internazzjonali Franċiż, Ousmane Dembele, ġedded il-kuntrat tiegħu ma’ Barcelona għas-sentejn li ġejjin biex xejjen kull spekulazzjoni li b’xi mod se jitlaq lill-club.
Iżda huwa kellu jaċċetta tnaqqis ta’ 40% tas-salarju tiegħu wara li kien wieħed mill-aktar players imħallsin fi Spanja.
F’Jannar li għadda huma ma riedx iġedded minħabba din il-problema iżda permezz tal-coach Xavi Hernandez huwa aċċetta din il-proposta biex issa se jibqa’ għal sentejn oħra fin-Nou Camp.