Saturday, December 21, 2024

Ousmane Dembele jilħaq ‘ftehim verbali’ ma’ Paris Saint-Germain

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Barcelona, Ousmane Dembele, laħaq ‘ftehim verbali’ ma’ Paris Saint-Germain biex jingħaqad mal-ġganti Franċiżi bi free transfer dan is-sajf.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena tħabat ma’ injuries matul l-istaġun 2021-22 u tħalla barra mill-iskwadra għal perjodu aktar kmieni din is-sena fost l-ispekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu.

Madankollu, huwa kien regolari għall-ġganti Katalani fl-aħħar ġimgħat, bl-attakkant jiskorja darbtejn u jirreġistra seba’ assists f’19-il dehra f’livell ta’ club f’dan l-istaġun.

Il-kuntratt ta’ Dembele fil-Camp Nou għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u għadd ta’ clubs, fosthom Manchester United, Chelsea, Tottenham Hotspur, jibqgħu marbuta mas-servizzi tiegħu.

Madankollu, huwa mifhum li l-internazzjonali Franċiż diġà laħaq ‘ftehim verbali’ ma’ PSG biex jingħaqad mal-club bi free transfer qabel l-istaġun li ġej.

Jidher li l-ġganti tal-Ligue 1 iqisu lil Dembele bħala l-player ideali biex jagħti spinta lill-attakk tagħhom, b’Kylian Mbappe mistenni jitlaq bi free transfer dan is-sajf.

Kien hemm ukoll spekulazzjoni dwar il-futur ta’ Neymar u Lionel Messi ma’ PSG wara l-eliminazzjoni tal-club għas-spejjeż ta’ Real Madrid fir-round tal-aħħar 16 taċ-Champions League.

Ekonomija

Sport