Friday, October 11, 2024

Ousmane Dembele viċin li jimpenja l-futur tiegħu ma’ Barcelona

Aqra wkoll

Id-direttur ta’ Barcelona Mateu Alemany issuġġerixxa li Ousmane Dembele jinsab viċin li jimpenja l-futur tiegħu mal-ġganti Katalani.

Bil-ftehim tiegħu fadallu ftit aktar minn sitt xhur biex jiskadi, Dembele bħalissa jinsab f’pożizzjoni li jista’ jiddiskuti ftehim ta’ qabel il-kuntratt ma’ clubs barranin f’Jannar.

L-internazzjonali Franċiż mhux nieqes minn ammiraturi bi clubs bħal Manchester United, Liverpool, Chelsea u Newcastle United li kollha jkunu marbuta ma’ offerta għalih.

Madankollu, Barcelona jidhru kunfidenti li jestendu t-termini tal-player ta’ 24 sena wara tmiem il-kampanja attwali.

Alemany qal: “Ousmane Dembele dejjem qalilna li jrid jibqa’ ma’ Barcelona. Ninsabu f’mument importnati – nistennew li nsolvu s-sitwazzjoni qabel tmiem is-sena.”

Dembele beda biss tliet partiti u għamel erba’ ħarġiet bħala sostitut dan l-istaġun, bl-attakkant jipprovdi assist waqt il-partita tas-Sibt kontra Elche.

Sport