Saturday, December 21, 2024

Owen Bonnici jinsisti li l-iskejjel jibqgħu miftuħin

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici insista li għalkemm żdiedu l-każijiet tal-Covid19 l-iskejjel għandhom jibqgħu miftuħin għax “meta titfa’ kollox fil-miżien issib li l-miżien ixaqleb favur it-tfal u ż-żgħażagħ ikomplu bl-edukazzjoni fl-iskola jew il-kulleġġi”.

Bonnici irrimarka dan fl-isfond ta’ tħassib u appelli kemm mill-unjins tal-għalliema kif ukoll minn ġenituri biex jikkunsidra li jagħlaq l-iskejjel hekk kif Malta rat l-ikbar żieda mindu feġġet il-pandemija.

Huwa irrefera għad-dikjarazzjoni li għamlet l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Psikjatrija li l-iskejjel kellhom jibqgħu miftuħin għax jekk le tkun qed tinsteraq l-edukazzjoni mill-ġenerazzjoni futura.

Bonnici ikkwota wkoll lill-awtoritajiet tas-saħħa tar-Renju Unit li wkoll ikkonkludew li r-riskju ta’ dannu jekk l-istudenti jmorru l-iskola huwa baxx waqt li dak fit-tul għax ma jmorrux l-iskola huwa għoli.

Kien f’dan il-kuntest li nsista li għall-maġġoranza assoluta tat-tfal u ż-żgħażagħ il-benefiċji li jkunu fl-edukazzjoni jegħlbu bil-kbir ir-riskju baxxa ħafna mill-Covid19.

Ekonomija

Sport