It-triq famuża mad-dinja kollha għax-xiri tal-ħwejjeġ, Oxford Street, irreġistrat nuqqas fin-numru ta’ nies li żaruha. Dan in-numru kien irreġistrat f’dak li kellu jkun l-aktar jum imħabbat mil-lat kummerċjali.
Bħalissa, ir-Renju Unit qiegħed jesperjenza żieda fin-numru tal-COVID-19. Minkejja dan, il-Prim Ministru Boris Johnson iddikjara li mhux se jkunu qegħdin jiżdiedu miżuri kontra l-COVID-19.