Monday, November 4, 2024

“Pa, din it-tbissima se tibqa’ tiddefinixxik”

Bosta maħsudin bit-telfa tad-Deluxe

Aqra wkoll

“Din it-tbissima se tibqa’ tiddefinixxik”. Hekk beda biex isellem il-memorja ta’ missieru Nigel Mifsud f’ritratt li qasam mas-segwaċi tiegħu fuq il-midja soċjali.

Huwa fakkar il-karattru ċajtier li kellu missieru u li l-ebda sitwazzjoni ma setgħet kienet serja biżejjed biex hu ma jdawwarhiex f’ċajta. Hu kompla biex jgħid li jħossu privileġġjat li esperjenza l-imħabba li d-Deluxe offrielu bħala missier u qal li dan dejjem poġġa lill-familja l-ewwel. Qal ukoll li da qatt ħallihom bla tweġiba meta marru għandu għal parir.

Brian Mifsud li huma magħruf bħala d-Deluxe hu r-raġel li dan il-lejl tilef ħajtu fir-Rabat Malta. Sorsi qrib l-investigaturi qalu lil talk.mt li hemm possibilità kbira li Brian Mifsud tilef ħajtu qabel ma seħħ l-inċident minħabba kundizzjonijiet mediċi li kien isofri minnhom fil-passat.

Sport