Il-proprjetarju ta’ Olympique Marseille Pablo Longoria għalaq il-bibien kollha lill-attakkant internazzjonali Ċilen Alexis Sanchez li b’hekk se jitlaq lit-tim min-nofsinhar ta’ Franza sabiex imur jilgħab x’imkien ieħor.
Marseille għadhom kemm akkwistaw lil Pierre Emerick Aubameyang li hu meqjus bħala element importanti fil-formazzjoni Franċiża.
Longoria qal li l-attakk tagħhom se jkun ġdid fjamant hekk kif ma’ Aubemeyang se jkun hemm ukoll Iliman Ndiaye.