Wara l-inċident xejn pjaċevoli li kien involut fih il-plejer ta’ Monza iżda proprjeta’ ta’ Arsenal Pablo Mari, dan tal-aħħar irritorna lura d-dar wara li kien rikoverat fl-isptar.
Skont is-sieħba tiegħu, Pablo Mari jinsab aħjar u saħansitra tbissem filwaqt li jinsab pożittiv li ma jdumx ma’ jerġa’ jilbes il-flokk aħmar tal-klabb.
Sadanittant Arsenal fl-aħħar tal-logħba li lagħbu kontra Nottingham Forest u li rebħu 5-0, il-plejers urew flokk ta’ Mari quddiem il-partitarji tagħhom stess fl-Emirates Stadium. Huma awgurawli fejqan ta’ malajr.