Marsaxlokk FC ħabbru l-akkwist ta’ Pablo Sánchez bħala l-goalkeeper il-ġdid tagħhom.
Fi stqarrija, Marsaxlokk FC qalu li Pablo jġib miegħu esperjenza kbira, fejn fost oħrajn lagħab ma’ Hamrun Spartans FC f’pajjiżna, kalma, u kwalità bejn il-lasti.
Huma komplew li l-professjonaliżmu u d-determinazzjoni tiegħu se jżidu s-saħħa mal-iskwadra ta’ Marsaxlokk FC hekk kif qed jippreparaw għall-isfidi l-ġodda li ġejjin.