Wednesday, February 25, 2026

“Paċi fid-dar, paċi fid-dinja mhix slogan – hi standard morali”- l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia

Aqra wkoll

“Il-paċi fid-dar, il-paċi fid-dinja mhix slogan – hi standard morali.” Stqarr dan l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia meta indirizza lil dawk preżenti waqt il-ftuħ ta’ wirja bit-titlu “Il-Paċi fid-Dar – il-Paċi fid-Dinja” fil-Parlament.

Huwa tenna li l-paċi ma tistax tiġi mitluba barra mill-pajjiż jekk tkun traskurata fis-soċjetajiet tagħna stess. Waqt li fakkar fil-kliem ta’ Mustafa Kemal Atatürk, Mahatma Gandhi u Madre Teresa, l-Ispeaker enfasizza li l-paċi mhijiex destinazzjoni distinta imma responsabbiltà ta’ kuljum, imsjsa fuq il-kompassjoni, ir-rażan u r-rikonoxximent li aħna nappartjenu lil xulxin.

L-Ispeaker fakkar lil dawk preżenti li kull deċiżjoni politika ġġorr magħha konsegwenza umana. Din il-wirja ma toffrix faraġ, titlob kuxjenza. “Il-paċi tibda ħafna qabel ma jiġu ffirmati t-trattati. Tibda minn kif nitkellmu, kif niggvernaw, kif ma naqblux u kif nipproteġu lill-vulnerabbli. Il-paċi hi ffurmata minn dak li nittolleraw f’pajjiżna u ġġudikata minn dak li niddefendu fid-dinja,” temm jgħid l-Ispeaker Farrugia. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport