Proprju fl-aħħar jiem inħolqot sitwazzjoni xejn sabiħa fl-Unjoni Ewropea u dan hekk kif il-poter dejjem jiżdied tal-Parlament Ewropew wassal biex għadd ta’ pajjiżi qegħdin jikkonsidraw li jieħdu azzjoni kontra l-istess Parlament Ewropew.
L-ittra li mistennija tintbagħat u li fl-aħħar sigħat kienu għaddejjin diskussjonijiet dwarha tikkontesta ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kummissjoni s-sena l-oħra li jagħti vuċi akbar fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
Pajjiżi Ewropej mhuma kuntenti xejn li l-Kunsill Ewropew u l-Parlament jirċievu “trattament ugwali” fil-proċess leġiżlattiv. Il-pajjiżi qegħdin jgħidu ċar u tond u dan anke joħroġ mit-trattati li waqqfu l-Unjoni Ewropea, li l-Kunsill għandu poter aktar mill-Parlament.

