Dan huwa mument kruċjali għal pajjiżna fein il-gvern huwa msejjaħ ifassal il-Malta tal-lum u ta’ għada f’kuntest ta’ ambjent internazzjonali instabbli kemm fuq livell politiku kif ukoll fuq livell ekonomiku. Tassew, għax il-gvern qed iwitti l-viżjoni ekonomika tiegħu u wisq aktar il-budget għas-sena li ġejja fi sfond ta’ kriżi ekonomika li kompliet tikber kawża tal-gwerra fl-Ukrajna. U filwaqt illi l-gvern irid ikompli josserva l-impatt li qed tħalli l-gwerra, filwaqt li l-gvern irid jibqa’ jara kif l-gwerra qed tkompli tevolvi, huwa msejjaħ biex jaġixxi. Jaġixxi billi isib bilanċ bejn il-bżonn tal-iżvilupp u s-sostenibiltà ambjentali. Jaġixxi billi jsib bilanċ bejn il-bżonn ta’ aktar tkabbir ekonomiku u l-isfida ta’ nuqqas ta’ riżorsi umani. Jaġixxi billi jsib bilanċ bejn il-bżonn li jfassal il-Malta ta’ għada però fl-istess waqt iħares lejn il-Malta tal-lum.
Mument fejn pajjiżna qed jiffaċċja sfidi kbar però fl-istess waqt għandu wkoll opportunitajiet li jista’ jisfrutta permezz tal-innovazzjoni, billi jaħseb barra mill-kaxxa u jekk hemm bżonn anke mingħajr il-kaxxa. Dan il-gvern jista’ jagħmlu ghax l-bażi ta’ pajjiżna huma sodi. Iva, għax għall-kuntrarju ta’ pajjiżi ġirien tagħna, il-gvern iggarantixxa stabbiltà partikolarment fil-qasam tal-enerġija però kif ukoll permezz tal-miżuri li ħa li salvaw bosta impjiegi fosthom il-COVID Wage Supplement. U għalhekk il-gvern illum gist shares bi prospettiva permezz ta’ viżjoni pożittiva mhux li tbigħ id-duħħan imma konkreta u li tnissel fiduċja. Viżjoni li kif elenkat fil-pjan ekonomiku tal-gvern għall-għaxar snin li gejjin ghandu bhala premessa li jiġi attirat lejn xtutna aktar investiment. Investiment li jkabbar l-ekonomija ta pajjizna, li jsahhah ir-reputazzjoni ta’ pajjizna. Fuq kollox, li jattira investiment sostenibbli.
Viżjoni li kif elenkat fil-pre-budget document u fil-pjan ekonomiku tal-gvern għandu bħala enfasi il-bżonn li tiffoka fuq l-innovazzjoni. Iva, għax pajjiżna dejjem eċċella meta kien innovattiv fil-ħsieb tiegħu għall-ekonomija b’saħħitha.
Fuq kollox, il-viżjoni tal gvern tisħaq fuq ir-riżorsi umani. Iva, għax l-sfida tar-rizorsi umani hija konsegwenza naturali tat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiż. L-influss ta’ barranin fis-settur tax-xogħol m’għandiex tinkwetana sakemm dan qed isir f’settur li l-ħaddiem Malti ma jridx jaħdem fih. Għandha tinkwetana l-fatt li hemm setturi speċjalizzati fejn m’hemmx biżżejjed talent Malti. Huwa għalhekk li l-gvern fid-dokument ta’ qabel il-budget qed jenfasizza fun upskilling, re-skilling u skill focus. Huwa għalhekk li l-gvern qed jenfasizza fuq l-edukazzjoni għax il-proċess ta’ taħriġ huwa kontinwu, il-proċess ta’ edukazzjoni huwa essenzjali f’kull viżjoni li l-gvern ifassal.