Sunday, December 22, 2024

Pajjiż ieħor jikkonferma li mhux se jipparteċipa fl-edizzjoni li jmiss tal-Eurovision

Aqra wkoll

Il-Bulgarija hija l-aħħar pajjiż li kkonferma li mhux se jipparteċipa fil-Eurovision Song Contest tas-sena d-dieħla.

Xandara mill-Maċedonja ta’ Fuq u l-Montenegro kienu diġà kkonfermaw li mhux se jieħdu sehem fl-2023 minħabba ż-żieda fil-prezz tad-dħul.

Skont rapporti fil-midja barranija jidher li l-pajjiżi ntalbu jħallsu aktar biex jagħmlu tajjeb għall-flus mitlufa wara l-projbizzjoni tar-Russja. L-EBU – li torganizza l-konkors – issa kkonfermat il-lista ta’ 37 parteċipant għall-kompetizzjoni tal-2023.

Kemm iħallas kull xandar li jagħżel li jipparteċipa ma jkunx magħruf b’mod pubbliku, iżda l-ispiża totali bejn il-parteċipanti kollha normalment tammonta għal madwar £5 miljun – bil-pajjiż li jospita l-Eurovision iħallas somma addizzjonali.

Il-Bulgarija, il-Maċedonja ta’ Fuq u l-Montenegro kollha naqsu milli jgħaddu mill-istadju semifinali tal-konkors tal-kanzunetti ta’ din is-sena.

Ekonomija

Sport