Saturday, November 16, 2024

“Pajjiż tat-Tielet Dinja”… “Aħjar hekk milli jiġru mal-art”

Aqra wkoll

Ritratt li qed idur fuq il-midja soċjali juri raġel li qiegħed iġorr ħames boroż griżi mimlijin flixken. Sabhomx jew inkella tiegħu personali ma nafux, iżda l-kummenti tan-nies lanqas naqsu.

“Qisna qegħdin f’pajjiż tat-Tielet Dinja”, kienu fost il-ħafna kummenti li għaddew in-nies fuq il-midja soċjali. Kien hemm oħrajn li faħħru lil dan ir-raġel li minflok dawk il-flixken kollha spiċċaw fl-art inġabru u se jmorru għar-riċiklaġġ.

Li hu żgur hu li fid-dinja u anke f’pajjiżna għadna problema kbira ta’ plastik li qiegħed jispiċċa fil-baħar. Problema oħra hi n-nuqqas ta’ riċiklaġġ li kien qiegħed isir fejn ħafna flixken tal-plastik kienu qegħdin jispiċċaw fil-borża s-sewda bil-konsegwenza li dawn jispiċċaw fil-miżbla tal-Għallies.

Li nafu fiċ-ċert ukoll li bis-saħħa tal-miżura tal-BCRS sa ftit tal-jiem ilu kienu diġà nġabru 100 miljun flixkun tal-plastik li wisq probabbli ħafna minnhom kien se jispiċċaw fil-miżbla.

Iżda għal oħra dan hu kollu ħela ta’ ħin…

Ekonomija

Sport