Thursday, December 19, 2024

Pajjiżi jħeġġu ċ-ċittadini tagħhom biex iħallu l-Ukrajna malajr kemm jista’ jkun

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Numru ta’ pajjiżi qegħdin iħeġġu liċ-ċittadini tagħhom li jinsabu fl-Ukrajna biex iħallu l-pajjiż minħabba li twissija li l-invażjoni tar-Russi tista’ tkun imminenti. L-Istati Uniti, l-Ingilterra u l-Ġermanja huma fost dawn il-pajjiżi.

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky oġġezzjoni għal dawn it-twissijiet u qal li dawn jistgħu jikkawżaw paniku li skontu huwa dak li jixtiequ jaraw l-għedewwa f’dan il-mument.

Hu stmat li mal-100,000 suldat Russu jinsabu mqassmin mal-fruntiera Ukrena, iżda s’issa qiegħda tkun miċħuda l-intenzjoni ta’ invażjoni.

Il-White House wissiet li l-invażjoni tista’ tkun qiegħda sseħħ f’kull ħin u li tista’ tingħata bidu b’attakk mill-ajru. Ir-Russja qieset dawn l-allegazzjonijiet bħala “spekulazzjonijiet provokanti”.

Ekonomija

Sport