Sunday, November 10, 2024

Pajjiżi tal-Gulf jitolbu lil Netflix tneħħi kontenut meqjus “ta’ offiża”

Aqra wkoll

Pajjiżi tal-Gulf Għarbi qed jitolbu lill-kumpanija ġganteska Amerikana Netflix (NFLX.O) biex immedjatament tneħħi kontenut li huwa ta’ offiża “għall-Iżlam u l-valuri soċjali” fir-reġjun. 

Din l-istqarrija kienet maħ­ruġa mill-Kummissjoni Ġe­nerali għall-Midja Awdjoviżiva li hija bbażata fil-kapitali tal-Arabja Sawdija Riyadh. Dwar dan, l-istazzjon tal-istat tal-Arabja Sawdija xandar diskussjoni dwar din il-kwistjoni u f’dan il-programm intwerew siltiet minn films animati (li kellhom l-istampa mċajpra apposta) u fihom jidher li kien hemm żewġ nisa jitgħannqu. 

Il-Kummissjoni msemmija iktar kmieni qalet li ċertu filmati mxandra fuq Netflix imorru kontra r-regolamenti tal-Kunsill ta’ Koperazzjoni tal-Gulf li huwa magħmul mill-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Bahrain, l-Oman, il-Qatar u l-Kuwajt. 

Fl-istqarrija maħruġa ntqal li jekk Netflix tkompli xxandar dan il-kontenut se jittieħdu “l-miżuri legali neċessarji” – dan mingħajr ma kien elaborat fiex se jikkonsistu. Min-naħa l-oħra, Netflix ma tat l-ebda kumment dwar dan. 

Sport