Saturday, December 21, 2024

Pajjiżna fost il-ftit li naqqasna r-rata tat-tfal li jitilqu kmieni mill-iskola

Aqra wkoll

Minn Victor Vella

L-istrateġija edukattiva li beda jaddotta l-Gvern fl-aħħar snin wasslet biex Malta kellha fost l-ikbar tnaqqis ta’ tfal li jitilqu kmieni minn fuq il-bankijiet tal-iskola fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.  

Ċifri ppubblikati fil-Parlament mill-Ministeru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici juru li fl-aħħar snin, ir-rata tat-tnaqqis f’Malta kienet ta’ ’l fuq minn ħamsa fil-mija. Fil-fatt ir-rata niżlet minn 23.8 fil-mija fl-2010 għal 16.3 fil-mija matul is-sena li għaddiet. 

Tmien pajjiżi żiedu ir-rata u mhux naqqsuha

Fl-istess waqt, kien hemm tmien pajjiżi oħra Ewropej li fl-aħħar snin żdiedu u mhux naqsu r-rata ta’ studenti li jitilqu kmieni u ma jkomplux javvanzaw fl-istudji tagħhom meta jkunu għadhom żgħar waqt li pajjiżi oħrajn baqgħu staġnati fir-rati li kellhom fl-2016.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonniċi semma’ li sentejn ilu beda proċess intensiv ta’ evalwazzjoni tal-politika nazzjonali dwar l-Early School Leaving u l-pjan għall-ġejjieni. 

Qal li wara li sar studju ta’ sena fuq livell nazzjonali b’kollaborazzjoni mal-Unjoni Ewropea, tfassal pjan ta’ azzjoni biex fost oħrajn titnieda strateġija ġdida sal-2021.

Huwa żied jgħid li dan il-pjan ta’ azzjoni jinvolvi wkoll proġett li jkompli jilħaq lil kull student, l-aktar dawk li huma żvantaġġati fuq livell soċjali biex b’hekk inkomplu nibnu sistema iktar inklussiva u ekwa.

Innota li bosta mill-miżuri li tfasslu fl-istrateġija preżenti ntlaħqu u kien permezz tagħhom li Malta rregġistrat fost l-ikbar tnaqqas  fir-rata ta’ studenti li jitilqu kmieni mill-iskola.

Ekonomija

Sport