Wednesday, December 25, 2024

“Pajjiżna impenjat li jindirizza l-pjaga tal-vjolenza kontra n-nisa”

- Dr Lydia Abela

Aqra wkoll

L-Avukat u l-mara tal-Prim Ministru, Dr Lydia Abela, qalet li pajjiżna huwa impenjat li jindirizza l-pjaga tal-vjolenza kontra n-nisa sabiex ikollna futur aħjar. Qalet li sfortunatament il-pandemija wasslet għal żieda fir-rapporti ta’ vjolenza domestika.

Dr Abela kompliet tgħid li l-introduzzjoni tal-liġi dwar il-Femiċidju fil-Kodiċi Kriminali hi xhieda tal-impenn ta’ Malta fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika. Dan filwaqt li semmiet li riċentament bdiet tiġi diskussa wkoll liġi ġdida li se tippermetti li persuna tiċċekkja jekk is-sieħeb jew is-sieħba tagħha kinitx instabet ħatja ta’ vjolenza domestika.

“Il-vjolenza fuq in-nisa mhix aċċettabbli. U ninsab fiduċjuża li jekk naħdmu flimkien biex inqajmu kuxjenza fil-livelli kollha, nistgħu nindirizzaw din il-pjaga fis-soċjetà tagħna biex in-nisa u l-bniet ma jkunux esposti għal dan l-abbuż u l-uġigħ. Flimkien nistgħu nerbħu,” temmet tgħid Dr Abela.

Ekonomija

Sport