Matul ix-xahar ta’ Lulju, pajjiżna rreġistra l-inqas rata ta’ qgħad mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Dan ħareġ mill-aħħar ċifri tal-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat. L-istess ċifri juru li flmatul l-istess perjodu, jiġifieri f’Lulju ta’ din is-sena, pajjiżna kellu rata ta’ 2.6%, li għal darb’oħra hi l-inqas waħda mis-27 stat membru.
Ir-rata ta’ qgħad ta’ pajjiżna hi kważi darbtejn u nofs inqas mir-rata medja Ewropea li kienet irreġistrata bi kważi 6%.
Dan filwaqt li l-ogħla rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea ġiet irreġistrata fi Spanja, b’iżjed minn 10%.