Tuesday, February 3, 2026

“Pajjiżna llum għandu l-inqas rata ta’ serq li qatt kellu” – il-Ministru Byron Camilleri

Aqra wkoll

Pajjiżna llum għandu l-inqas rata ta’ serq li qatt kellu. Malta kellha l-inqas rata ta’ serq is-sena li għaddiet, liema rata hi iktar sinifikattiva meta wieħed iħares lejn iż-żieda fl-attività ekonomika u t-turiżmu.

Dan iddikjarah il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri  fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo. Il-Ministru Camilleri irrimarka li jekk wieħed iqabbel is-sena li għaddiet mas-sena 2012 jara r-rata ta’ serq f’pajjiżna naqset bin-nofs.

 Tenna jgħid; “Dan ma jfissirx li nistgħu nistrieħu fuq il-ħidma li saret, anke għaliex illum jeżistu realtajiet ġodda li rridu nindirizzaw bi strateġiji ċari fuq quddiem nett dawk ta’ prevenzjoni”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport