Monday, March 17, 2025

“Pajjiżna mhux iż-Żimbabwe”

Aqra wkoll

Waqt li l-Prim Ministru Robert Abela kien qiegħed jindrizza lill-Kamra tar-Rappreżentatni dwar il-mozzjoni mressaq mill-Gvern biex tikkundanna l-aġir fil-konfront tal-Ispeaker, qal li d-Deputat Nazzjonalista Alex Borg ċempel lill-Ispeaker biex jesprimi solidarjetà tiegħu għall-attakk li kien suġġett għalih l-istess Speaker minn Karol Aquilina.

Dr Abela qal li ma’ wħud l-Onor. Alex Borg esprima lilu nnifsu u qal li mhux se aċċettabbli għax “pajjiżna mhux iż-Żimbabwe”. Fl-istess waqt il-Prim Ministru qal li jekk dan il-kliem mhux veru qalu Alex Borg, “għandu jidħol lura fil-Parlament u ntella’ x-xhud”.

Il-Prim Ministru kompla jisħaq li Dr Alex Borg kellu opportunità unika li jiddendunzja lil sieħbu u jgħidlu li ma jaqbilx miegħu fuq l-attakk li sar fuq is-sedja, “iżda minflok qabad u ħareġ ‘il barra.”

“L-irġulija mhux hekk titlob… illum naf li hemm membri tal-Oppożizzjoni li fl-aħħar sigħat kienu voċiferi li llejla jekk kien se jittieħed vot ma kinux lesti li jappoġġjaw lill-partit tagħhom stess. Allura sabu din is-soluzzjoni u jitilqu ‘l barra mill-Parlament għax kienu jafu li jekk ikollhom jivvotaw mhux kulħadd kien se jkun komdu jivvota skont id-direzzjoni li ngħata mill-Partit stess,” stqarr il-Prim Ministru Robert Abela.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport