Saturday, December 21, 2024

Pajjiżna qed jieħu l-prekawzjonijiet minkejja li m’hawn l-ebda każ ta’ Monkeypox

Aqra wkoll

Kelliema għas-saħħa f’pajjiżna qed jgħidu li mhux biss għadu ma ġie reġistrat l-ebda każ ta’ Monkeypox f’pajjiżna, iżda li wkoll m’għandux ikun hawn lok ta’ allarm minkejja s-sitwazzjoni fuq livell internazzjonali.

Mhux biss, dan is-sit jinsab infurmat li fl-Isptar Mater Dei, qed jittieħdu diversi prekawzjonijiet sabiex pajjiżna jkun preparat f’każ li jfeġġ l-ewwel każ.  

Sadanittant minn riċerka xjentifika li saret miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, l-ECDC, irriżulta li l-probabilità li l-Monkeypox tinxtered fl-Ewropa hija baxxa. 

Il-Monkeypox, hija marda li twassal fost l-oħrajn għal raxx jew leżjonijiet fuq il-ġilda, li jdumu diversi ġimgħat, kif ukoll deni, uġigħ ta’ ras, uġigħ fil-muskoli, u fid-dahar, u nuqqas ta’ enerġija. 

Din il-marda tista’ tiġi trażmessa permezz ta’ kuntatt fiżiku ma’ persuni li jkollhom din il-marda, partikolarment waqt attività sesswali, kuntatt ma’ materjali kontaminat, jew ma’ annimali li jkollhom din il-marda. 

Kuntrarjament għall-virus tal-Covid-19 jidher li din il-marda ma tiġix trażmessa fl-arja.

Ekonomija

Sport