Friday, September 13, 2024

Panathinaikos jaħtru lil Fatih Terim bħala l-kowċ tagħhom

Aqra wkoll

Panathinaikos ħabbru li ħatru lill-kowċ Tork Fatih Terim sabiex imexxi lit-tim tagħhom sal-aħħar ta’ dan l-istaġun. Dan tal-aħħar se jieħu post Ivan Jovanovic li ddeċieda ħabta u sabta li jħalli lill-klabb.

Id-diriġenti ta’ Panathinaikos laqgħu lil Terim permezz ta’ pubblikazzjoni fuq il-Facebook uffiċjali tagħhom filwaqt li jinsabu fiduċjużi li se jġib il-bidla meħtieġa għall-aħjar.

Fil-preżent, Panathinaikos jinsabu fit-tieni post tal-klassifika tal-kampjonat Grieg meta għandhom 34 punt minn 15-il logħba u jinsabu biss punt bogħod mil-leaders PAOK.

Ekonomija

Sport