Eżatt bħat-tfal, jilgħab kważi l-ġurnata kollha. Hekk qalu s-sidien ta’ żoo fl-Istati Uniti dwar il-panda li għad għandu sentejn.
Filmati li qed iduru fuq il-midja soċjali juru l-panda fl-ewwel ġranet tiegħu jilgħab waħdu fil-post fejn se jqatta l-bqija ta’ ħajtu wara li skont ir-regola ommu tneħħiet minn miegħu u ttieħded lejn post ieħor.
Il-panda li ngħata l-isem ta’ Xiao Qi Ji daħal f’perjodu tranżitorju f’ħajtu. Hu qed jitħalla għal ġurnata sħiħa waħdu, imbgħad bil-lejl jittieħed ħdejn ommu biex jorqod. Dan il-perjodu jdum għaddej għal numru ta’ xhur sakemm imbgħad jibda jgħix kompletament waħdu.
Xiao Qi Ji twieled f’Awwissu ta’ 2020. Ommu kellha 22 sena meta welditu u saret l-aktar panda anzjana li weldet fl-Istati Uniti. Issa l-awtoritajiet qalu li mhux se jkollha aktar żgħar tagħha minħabba l-età u skont ftehim ma’ żoo fiċ-Ċina din se tkun qed tittiħed lura.