Sunday, December 22, 2024

Papa Franġisku b’appell għal għajnuna lit-Turkija u lis-Sirja

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Waqt l-udjenza ġenerali tiegħu, dalgħodu l-Papa Franġisku appella sabiex tingħata għajnuna għall-vittmi tat-terrimot li seħħew nhar it-Tnejn fit-Turkija u fis-Sirja.

Waqt li kien qed jindirizza lil dawk preżenti, il-Papa qal li ħsibijietu jmorru għal dawk kollha li sfaw milquta mit-terrimot, li kkawża eluf ta’ mwiet u korrimenti. Hu qal “b’emozzjoni nitlob għalihom, u nesprimi s-soledarjeta tiegħi lejn dawn il-popli, lejn il-familji tal-vittmi u lejn dawk kollha li qed ibatu minn din il-kalma devastanti.”

Dan filwaqt li rringrazzja lil dawk li ħadmu u għadhom qed jaħdmu sabiex isalvaw lin-nies mit-tifrik. Huwa ħeġġeġ lil pubbliku sabiex juru solidarjetà ma’ dawn it-territorji. “Ejja nitolbu flimkien biex dawn l-aħwa tagħna jimxu ‘l quddiem quddiem din it-traġedja, u ejjew nitolbu lill-Madonna tipproteġihom,” sostna l-Papa Franġisku.

It-Tnejn li għadda meta seħħu t-terrimoti fis-Sirja u t-Turkija, il-Papa bagħat messaġġ liż-żewġ pajjiżi sabiex joffri l-kondoljanzi tiegħu. Huwa talab lin-Nunzji Appostoliċi, l-Arċisqof Marek Solczynski fit-Turkija u l-Kardinal Mario Zenari fis-Sirja, biex iwasslu l-qrubija spiritwali tiegħu.

Fl-istess jum, l-Għaqdiet Pontifikali Missjunarji fl-Istati Uniti fetħu l-Fond ta’ Għajnuna għat-Terremot għat-Turkija u s-Sirja biex jgħin lil min ibati. Id-dħul minn dan il-fond se jappoġġja saċerdoti missjunarji, nisa reliġjużi u missjunarji fuq il-post li jipprovdu għajnuna lil dawk milquta mid-diżastru.

Ekonomija

Sport