Papa Franġisku mill-ġdid reġa’ deher fil-pubbliku din id-darba mill-Gallerija tal-Isptar Gemelli f’Ruma fejn mill-14 ta’ Frar li għadda kien qiegħed jieħu l-kura.
Jidher għajjien u xi kultant ibati biex jieħu n-nifs, Papa Franġisu fost l-għajat tan-nies “Franceso, Franceso” irringrazzja lil kulħadd tat-talb li offrewlu kemm ilu l-Isptar. Hu sellem mara mill-folla li nġabret quddiem l-isptar fejn qal “qiegħed nara mara bil-fjuri sofor f’idejha… brava brava”.
Wara li ta l-barka tiegħu, beda l-vjaġġ lejn il-Vatikan, iżda qabel talab lid-diriġenti tal-Vatikan biex jgħadduh u jsellem lill-Madonna, fil-Knsija ta’ Santa Marija Maggiore li tinsab fiċ-ċentru ta’ Ruma. Hija tradizzjoni li qabel kull vjaġġ tal-Papa – meta jkun se jsifer – jgħaddi u jsellem lill-Madonna f’din il-Bażilika, imbgħad wara li jasal lura Ruma mill-ġdid jerġa’ jgħaddi fl-istess post.
Papa Franġisku ħass li wara li joħroġ mill-isptar jgħaddi f’din il-Bażilika biex jirrringrazzja lill-Madonna li “salvatlu ħajtu”.
Intant, il-kundizzjoni tal-Papa, minkejja li ħareġ mill-Isptar xorta waħda tidher li baqalu bżonn ħafna mistrieħ. Fil-gallerija deher li kien qiegħed ibati biex jieħu n-nifs, u għalhekk hemm dubji kbar dwar kemm jista’ jkompli bl-impenji tal-Kap tal-Knisja Kattolika għalissa.
Intant, f’messaġġ ieħor li għadda l-Papa lbieraħ, mill-ġdid biex b’mod immedjat jieqfu l-attakki fuq il-Medda ta’ Gaża kif ukoll ħeġġeġ lill-grupp Ħamas biex jeħles l-ostaġġi kollha biex ikunu jistgħu jingħadu mal-familji tagħhom.