Friday, October 11, 2024

Papa Franġisku jħeġġeġ lil Ungeriżi biex “jiftħu l-bibien” għal immigranti

Aqra wkoll

Papa Franġisku ħeġġeġ lil Ungeriżi biex “jiftħu l-bibien” għal immigranti, hekk kif inhu konxju li l-Gvern tal-pajjiż għandu politika ħarxa ħafna kontra l-immigrazzjoni.

Waqt li kien qiegħed jitkellem f’quddiesa fil-kapitali Budapest, Papa Franġisku qal li jinsab imdejjaq u mħasseb meta jara li l-bibien għal nies bħalna li qed ifittixu l-għajnuna huma magħluqin.

Għal quddiesa attendew aktar minn 100,000 persuna fosthom il-Prim Ministru Viktor Orban li kien qal li sakemm idum fil-kariga mhux se jbiddel il-politika tiegħu dwar l-immigrazzjoni.

Orban mhux biss ikkritika l-immigrazzjoni, iżda wkoll għamel barded-wire mal-fruntiera biex ħadd ma jidħol fil-pajjiż b’mod illegali.

Papa Franġisku waqt l-omelija tiegħu tkellem ukoll dwar il-gwerra li għaddejja bejn ir-Russja u l-Unkranja. Hu qal li l-futur irid ikun “tama u mhux gwerra”.

B’din il-quddiesa, Papa Franġisku temm żjara ta’ 3 ijiem fl-Ungerija, liema vjaġġ kien ilu jipprova jagħmlu snin.

Sport