Sunday, December 29, 2024

Papa Franġisku jibda vjaġġ Appostoliku f’Marseille

Aqra wkoll

Papa Franġisku fl-aħħar sigħat beda r-44 vjaġġ Appostoliku tiegħu din id-darba lejn Marseille liema vjaġġ se jdum jumejn.

Hu se jkun qiegħed jattendi għal laqgħat li qegħdin jiġu organizzati fi Franza dwar l-immigrazzjoni li hija pjaga fil-Mediterra.

Il-Papa diġà kien tkellem dwar din iż-żjara waqt l-Udjenza li kellu fi Pjazza Vatikan fejn kien sostna li permezz ta’ dan il-vjaġġ irid juri tama li dawk kollha li qegħdin jipprovaw jaħarbu minn djarhom l-aktar mill-Afrika ta’ Fuq biex isibu ħajja aħjar fl-Ewropa.

Qabel ma telaq lejn Franza, Papa Franġisku kellu laqgħa ma’ 20 mara fqira li jgħixu f’Ruma u jingħataw kenn f’Casa Dono di Maria. Ftit tal-ħin qabel ma telaq bgħat telegramma lill-President Taljan Sergio Mattarella li fiha talab barka speċjali lil poplu Taljan.

Għal din il-laqgħa mistennija jattendu diversi Isqfijiet u persuni lajċi minn diversi żoni fil-Mediterra u huma se jkunu qegħdin jiddiskutu kif il-Knisja tista’ tkun ta’ għajnuna kbar lill-immigranti li qegħdin jipprovaw isibu ħajja aħjar.

Ekonomija

Sport