Matul il-vġili tal-Milied, jew kif inhi magħruf il-Quddiesa ta’ Nofs il-Lejl, Papa Franġisku fetaħ il-Bieb tal-Ġublew tat-Tama. Dan il-bieb li jinsab fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan jinfetaħ kull 25 sena. Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ dan il-Ġublew jintemmu fis-6 ta’ Jannar tal-2026 meta dakinhar il-Papa jagħlaq il-bieb u jiġi siġillat.
Din hija tradizzjoni antika ħafna li tmur lura lejn Papa Martin V meta kien beda jagħmel il-Ġublew Straordinarju. L-ewwel li sar kien fl-1423 meta dakinhar il-Papa kien fetaħ il-Bieb Imqaddes tal-Lateran. Imbgħad kien 25 sena wara meta kien infetaħ il-Bieb tal-Ġublew f’San Pietru.
Matul il-quddiesa, Papa Franġisku tkellem ħafna dwar il-paċi u t-tama. Saħaq biex matul dan il-Ġublew isir talb speċjali biex tisaħħaħ il-fidi tal-Insara u kulħadd jagħraf li Kristu hu r-rebbieħ fuq kollox.
“Jekk Alla jista’ jżurna, anke meta qalbna tidher qisha maxtura umli,” qal Papa Franġisku fl-omelija tiegħu.