Monday, October 28, 2024

Papa Franġisku jtenni li l-immigranti għandhom jiġu salvati

Aqra wkoll

Papa Franġisku rritorna fil-belt eterna Ruma minn Marsalja fi Franza, fejn bħalma jagħmel dejjem waqaf biex isellem lil Madonna fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore.

L-aħħar jumejn Papa Franġisku waqt li kien qiegħed jagħmel l-44 vjaġġ Appostoliku tiegħu tkellem b’saħħa dwar l-immigrazzjoni fil-Mediterran

Papa Franġisku sostna li l-portijiet ta’ Ċipru, Greċja, Malta, l-Italja u Spanja għandhom jilqgħu lill-immigranti li jkunu telqu minn pajjiżi bi gwerra u ġuħ.

Sejjaħ biex fl-Ewropa jkun hemm ġustizzja soċjali ferm akbar fejn hemm pajjiżi li huma sinjuri fejn hemm ħela kbira fosthom ta’ ikel imbgħad l-istess waqt ma jagħtux kenn għall-immigranti li jkunu qegħdin jipprovaw isibu ħajja aħjar.

F’Marsilja nġabru numru ta’ Isqfijiet minn pajjiżi tal-Mediterra fejn id-Djoċesi ta’ Malta kienet rappreżentata mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi. Magħhom kien hemm persuni lajċi li għandhom għal qalbhom il-ġustizzja soċjali fejn flimkien iddiskutew x’sehem jista’ jkollha l-Knisja Kattolika fejn tidħol l-immigrazzjoni.

Qal minħabba li eluf kbar ta’ immigranti qegħdin imutu fil-Mediterran l-Ewropa qed titlef mill-vera valuri li fuqhom inbniet dawk li huma s-soledarjetà bejn il-ġnus.

Sport