Rapport fil-midja qegħdin jgħidu li Papa Franġisku jinsab ma jiflaħx ħafna minħabba influwenza qawwija li qabditu fl-aħħar sigħat.
Matul il-ġurnata tal-lum Papa Franġisku kellu jħassar diversi udjenzi kif ukoll diskorsi u laqgħat importanti li kellu jagħmel. Il-Vatikan qal li Papa Franġisku għalkemm xtaq li jkompli bl-impenji tiegħu kellu jirtira sakemm iħossu aħjar.
Papa Franġisku li għandu 86 sena filgħodu ltaqa’ ma’ qassisin u patrijiet Ortodossi, iżda imbgħad saħħtu bdiet tmur għall-agħar u ngħata parir biex ma jkomplix għaddej bil-laqgħat u udjenzi.
Fil-fatt, f’wieħed mid-diskors li kellu jagħmel hu ma rnexxilux jaqra d-diskors, iżda minflok qassam koppi tal-istess diskors lill-udjenza żgħir li kellu quddiemu.
Kien nhar l-Erbgħa – waqt is-servizz ta’ Ras ir-Randan – li l-Papa ġibed l-attenzjoni tal-persuni qrib tiegħu li ma tantx kien qed iħossu tajjeb.
Għal jiem li ġejjin Papa Franġisku se jkun miġbur f’Domus Sanctae Marthae u mhux se jkun qiegħed jiltaqa’ ma’ nies.