Papa Ljun ftit tas-sigħat ilu telaq minn Ruma biex jibda t-tlieta vjaġġ Appostoliku tiegħu minn meta ħa t-tmexxija tal-Knsija f’idejh.
Hu se jkun qiegħed iżur erba’ pajjiżi, l-Alġerija, il-Cameroon, Angola u Equatorial Guinea.
Dan il-vjaġġ ‘il barra mill-Vatikan se jdum 10 ijiem, fejn l-ewwel se jagħmel jumejn l-Algerija imbagħad jibqa’ sejjer lejn il-pajjiżi l-oħrajn.
Il-messaġġ ewlieni ta’ dan il-vjaġġ hu l-Paċi, l-Immigrazzjoni, l-Ambjent, u kemm hu importanti li jkollna soċjetà b’familja b’saħħitha.
L-Alġerija tfisser ħafna għal Papa Ljun hekk kif f’Annaba kien iservi bħala Isqof Sant Wistin bejn is-sena 395 u baqa’ hemm sakemm miet fis-sena 430.

