Sunday, December 22, 2024

Paragwaj b’kowċ nazzjonali ġdid

Aqra wkoll

Il-Paragwaj qed ifittxu kowċ nazzjonali ġdid wara li Guillermo Barros Schelotto ġie mneħħi mill-kariga. Dan seħħ wara li l-aħħar żewġ partiti ta’ kwalifikazzjoni għat-tazza tad-dinja 2026 irriżultaw f’telfa u draw, xi ħaġa li ma tantx ġiet tollerata mill-federazzjoni tal-pajjiż.

Sadanittant qed jissemma’ li Daniel Garnero jista’ jkun is-sostitut ta’ Schelotto. Garnero hu kowċ Arġentin ta’ 54 sena u ilu jikkowċja sa mis-sena 2008 fejn rebaħ żewġ titli tal-kampjonat Apertura u tnejn tal-kampjonat Clausura fil-Paragwaj.

It-tħabbira ta’ Garnero tista’ sseħħ fis-sigħat li ġejjin.

Ekonomija

Sport