Saturday, December 28, 2024

Pariġi kkaratterizzat minn jum ta’ ġlied u protesti kontra liġi ġdida dwar is-sigurtà

Aqra wkoll

Il-Pulizija Franċiża arrestat 64 persuna li ħadu sehem fi protesti kontra leġiżlazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Qal dan il-Ministru għall-Intern Gerald Darmanin, li qal li tmien uffiċjali tal-pulizija ndarbu fil-protesti deskritti bħala li kienu vjolenti.

Il-protesti tal-bieraħ f’Pariġi segwew dawk tas-Sibt tal-ġimgħa preċedenti, bid-dimostranti jkunu involuti fi ġlied ma’ uffiċjali taż-żamma tal-ordni, b’dawn tal-aħħar jirrispondu billi jagħmlu użu minn gass tad-dmugħ.

Fkumment fuq Twitter, Darmanin qal li “hooligans qed jagħmlu ħsara lir-repubblika. Nesprimi l-appoġġ tiegħi lill-uffiċjali tal-pulizija u l-uffiċjali taż-żamma tal-ordni, li reġgħu għal darb’oħra taħt attakk. Kien hemm 64 arresti. Hemm tmien uffiċjali tas-sigurtà fost il-midrubin.”

Ekonomija

Sport