Saturday, December 21, 2024

Pariri biex tevita li s-sħana tkunlek ta’ periklu

Aqra wkoll

L-istaġun tas-sajf jinsab fl-aqwa tiegħu. B’hekk, ir-riskju li persuna tagħtiha ‘heatstroke’ huwa ogħla. L-aktar persuni li jbatu mis-sħana huma l-anzjani, dawk b’mard kroniku u t-tfal.

Dawn huma għadd ta’ pariri biex tevita li s-sħana tax-xemx tkunlek ta’ periklu:

  • Ixrob minn ta’ l-inqas bejn 1.5 u żewġ litri ilma kuljum. Jekk tqatta’ iktar hin fuq barra u teghreq spiss, jaf ikollok zzid xi ftit iktar minn dan l-ammont, sabiex tevita n-nixfa.
  • Evita li toħroġ bejn il-11am u l-4pm. Dak il-ħin, ix-xemx tkun fl-aqwa tagħha.
  • Qis li ġewwa jkollok arja kkundizzjonata u titgħabbiex b’ħafna ħwejjeġ hoxnin.
  • Qatt tħalli persuni jew annimali f’vetturi pparkjati fix-xemx.
  • Sunblock tajjeb għandu jkollu Sun Protection Factor ta’ 30 jew aktar.

Persuna milquta minn “heatstroke” teħtieġ l-għajnuna minnufih għaliex dak li jkun jista’ jagħmel ħsara lil organi importanti tal-ġisem bħall-moħħ, il-qalb, il-muskoli u l-kliewi. Qalet li l-kumplikazzjonijiet serji jistgħu jkunu diversi u li wieħed saħansitra jista’ jkun qed jilgħab bejn ħajja u mewt.

Is-sintomi ta’ “heatstroke” jistghu jinkludu temperatura gholja ta’ aktar minn 40 grad Celsius, ħmura fil-ġilda, konfużjoni, telqa, eċċezzjonijiet, uġigħ ta’ ras, ritmi tal-qalb jew tan-nifs jghagglu, dardir jew irremettar. 

F’każ li tkun qrib persuna li qed tagħtiha “heatstroke”, ċempel 112 minnufih u ħu azzjoni billi fost l-oħrajn tqiegħed lil-persuna fid-dell jew ddahhalha xi mkien gewwa l-boghod mill-qilla tax-xemx,  tneħħilha xi lbies żejjed u tpoġġilha l-ilma frisk fuq wiccha, taht id-drieghajn jew fuq il-koxox sabiex ġisimha jtaffi mis-sħana. Tista wkoll taghmel uzu minn fann sabiex tidderigi l-arja kiesha lejn il-persuna affettwata.

Għal aktar tagħrif dwar is-saħħa ħolistika tista’ żżur dan is-sit www.facebook.com/be.heart.healthy

Ekonomija

Sport