Thursday, April 25, 2024

Pariri mit-Tabib Malcolm Paul Galea dwar il-Covid-19

Aqra wkoll

Reġa’ magħna Jum l-Omm, jum li għal diversi raġunijiet, iġib miegħu emozzjonijiet varjati għal ħafna. Din is-sena, huwa jum partikolari wisq.

Ħsiebi jmur bla ma rrid fuq ommi, li mingħajrha ma kontx qed hawn, omm marti li sawwret familja b’ saħħitha u eżemplari u  hemm marti li għalija hija omm eċċellenti għat-tliet uliedna u li kiekua kinitx hi ma wasaltx fejn wasalt!

Ma nistax ninsa lil ħafna nisa oħra li, għal raġunijiet diversi, għalihom llum huwa jum ta’ ugiegh. Dawk li tilfu l-uliedhom, dawk li jixtiequ imma m’għandhomx min jgħajtilhom ma, dawk li ma humiex f’kuntatt ma’ uliedhom.

Fiż-żmien partikolari li għaddejjin minnu, hawn numru mdaqqas ta’ ommijiet li għalihom, din mhux se tkun Jum l-Omm bħal snin oħra. Ma nistax ma naħsibx f’diversi kategoriji ta’ ommijiet milquta mill-pandemija tal-Covid-19. Naħseb b’mod partikolari f’dawk il-frontliners li kellhom jitilqu minn darhom biex ma jpoġġux lil familjari f’riskju. Żgur li fosthom hawn ommijiet li se jkunu qed jinkwetaw għal dawn l-ulied, kif ukoll ommijiet imċaħħdin min uliedhom, uħud forsi ta’ età li għadhom dipendenti fuqhom!

Fl-istess waqt naħseb fl-ommijiet li issa għandhom sfidi ikbar mis-soltu, b’uliedhom magħhom 24 siegħa kuljum, fejn iridu jieħdu l-irwol ta’ edukaturi ta’ wliedhom kif ukoll ilaħħqu max-xogħol normali tagħhom. Bħal maġġoranza ta’ l-ommijiet, dawn daħlu għall-isfida u żgur li qed jagħmlu dak kollu possibli biex jaraw li uliedhom ma jaqgħux lura akkademikament u, fl-istess waqt, inaqqsu l-impatt negattiv li jista jkollha l-isolazzjoni soċjali u l-impatt tagħha fuq t-tfal.

Il-kriżi tal-Covid-19 laqtet lis-soċjetà minn kull angolu. Illum kien bix-xieraq li nagħti l-apprezzament tiegħi lil ommijiet kollha tagħna. Persuni bi rwol importantissimu fis-soċjetà preżenti u futura imma li ħafna drabi, sfortunatament, mhux dejjem napprezzawh biżżejjed.

Sport