Saturday, September 14, 2024

Paris Saint-Germain iridu jġeddu l-kuntratt ta’ Marquinhos

Aqra wkoll

Paris Saint-Germain qed jittamaw li jiftiehmu dwar estensjoni tal-kuntratt ma’ Marquinhos ix-xahar id-dieħel.

L-internazzjonali Brażiljan ħa r-rwol ta’ captain wara t-tluq ta’ Thiago Silva u stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-ewwel ismijiet fuq il-karta tat-team taħt Mauricio Pochettino.

Il-ftehim eżistenti ta’ Marquinhos fil-Parc des Princes għandu jibqa’ għaddej sa tmiem l-istaġun 2023-24, bid-difensur ċentrali jiffirma kuntratt ġdid f’Jannar 2020.

Issa, PSG diġà qed jippjanaw offerta ta’ tiġdid għall-player ta’ 27 sena, li tista’ żżommu sas-sajf tal-2026 jew tal-2027 fil-club.

Marquinhos jinsab “estremament kuntent” fil-kapitali Franċiża, u hemm tama li jitħabbar ftehim ġdid f’Jannar.

Marquinhos skorja tliet goals u pprovda assist wieħed minn 20 logħba fit-tournaments kollha dan l-istaġun u rebaħ sitt titli tal-Ligue 1 ma’ PSG.

Ekonomija

Sport