Paris Saint-Germain ippreżentaw offerta lill-midfielder ta’ Manchester United, Paul Pogba.
L-internazzjonali Franċiż għaddej fl-aħħar ftit xhur tal-ftehim tiegħu mat-team immexxi minn Ralf Rangnick u ma jidhirx li jinsab eqreb li jiffirma estensjoni.
B’riżultat ta’ dan, hemm stennija dejjem tikber li Pogba se jħalli lill-club bħala free agent dan is-sajf, b’Real Madrid, PSG u Juventus kollha marbuta b’offerta għalih.
Issa, PSG avviċinaw lil Pogba b’offerta, għalkemm it-termini mhumiex daqs kemm kienet l-offerta finali ta’ Manchester United.
Huwa mifhum li ll-player ta’ 29 sena għadu interessat li jirritorna ma’ Juventus, iżda jkun miftuħ biex jingħaqad mal-Pariġini għall-istaġun 2022-23.
Pogba skorja goal wieħed u pprovda disa’ assists fi 17-il logħba tal-Premier League għar-Red Devils dan l-istaġun, u fil-jiem li għaddew anke Wayne Rooney ħeġġeġ lill-club biex iħalli lill-Franċiż jitlaq dan is-sajf.