Paris Saint-Germain informaw lil Kylian Mbappe li jkunu lesti li jħallsu somma ta’ £150m ħlas bħala signing-on fee jekk jiffirma kuntratt ġdid mal-club.
Il-kuntratt tal-player internazzjonali Franċiż f’Pariġi għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u hu għadu marbut b’mod qawwi ma’ ċaqliq ma’ Real Madrid bi free transfer.
PSG għadhom qed jaħdmu biex jimpenjaw lill-player ta’ 23 sena b’kuntratt ġdid, madankollu, u huma maħsuba li huma lesti li jħallsuh salarju annwali nett ta’ £21m biex jiffirma kuntratt ta’ sentejn.
Huwa mifhum li Mbappe ġie infurmat ukoll li l-club tal-Ligue 1 lest li jħallaslu £150m ħlas għall-iffirmar biex iżommu fil-kapitali Franċiża.
Jidher li Real Madrid ‘jibqgħu d-destinazzjoni preferuta tiegħu’, iżda PSG se jkomplu jiġġieldu biex iżommu f’idejhom wieħed mill-aktar footballers mitluba fil-football dinji.
Mbappe reġa’ kien f’forma eċċellenti għat-team immexxi minn Mauricio Pochettino matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja 28 goal u pprovda 20 assist fi 38 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 rebaħ tliet titli tal-Ligue 1 matul iż-żmien tiegħu ma’ PSG, iżda l-club reġa’ ġie eliminat fiċ-Champions League dan l-istaġun.