Sunday, September 15, 2024

Paris Saint-Germain mhux se jieħdu deċiżjoni mgħaġġla dwar il-futur ta’ Mauricio Pochettino

Aqra wkoll

Paris Saint-Germain qed joqogħdu lura milli jieħdu deċiżjoni mgħaġġla dwar il-futur ta’ Mauricio Pochettino fil-club.

L-Arġentin għadu marbut b’mod qawwi mal-kariga li dalwaqt se tkun vakanti ta’ Manchester United, u l-futur tiegħu ta’ PSG kien mimli inċertezza matul l-aħħar ftit xhur.

Pochettino kien qed jissemma’ li jista’ jħalli l-club fi tmiem l-istaġun wara l-eliminazzjoni miċ-Champions League ta’ PSG kontra Real Madrid, għalkemm it-tkeċċija tal-ex manager ta’ Tottenham Hotspur kienet mistennija tiswa lill-klabb xejn inqas minn £17-il miljun.

Bil-prospett li d-direttur sportiv Leonardo jħalli l-club ukoll dan is-sajf, PSG ma jridu jieħdu l-ebda deċiżjoni dwar il-futur ta’ Pochettino sakemm jintemm l-istaġun.

Pochettino għadu jista’ jibqa’ jmexxi lil PSG fl-istaġun li ġej, bi players bħal Angel Di Maria u Kylian Mbappe se jitilqu bħala free agents f’Lulju.

Il-coach ta’ 50 sena għandu ftehim fil-Parc des Princes sal-2023, u t-team tiegħu ta’ PSG bħalissa jinsab 12-il punt distakk minn ma’ Marseille, fil-quċċata tal-klassifika tal-Ligue 1.

Ekonomija

Sport